28 pajjiż jiżdiedu mal-lista ta’ destinazzjonijiet siguri

Dawk li jħobbu jivjaġġaw se jkunu jistgħu jagħżlu minn lista aktar varjata ta’ pajjiżi u dan hekk kif fil-15 ta’ Lulju se jkomplu jiġu emendati r-regoli relatati mal-ivjaġġar imposti ftit tal-ġimgħat ilu minħabba l-pandemija.

Skont l-avviż legali ppubblikat il-Ġimgħa li għaddiet mal-lista tad-19-il destinazzjoni li diġà infetħu fl-aħħar jiem se jiżdiedu:

Ir-Renju Unit, il-Belġju, il-Bulgarija, l-Olanda, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, Andorra, Monako, San Marino, iċ-Ċina, il-Belt tal-Vatikan, ir-Rwanda, l-Urugwaj, Slovenja, il-Ġappun, il-Marokk, it-Tajlandja, it-Tuneżija, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Libanu, l-Indoneżja, Emirati Għarab Magħquda, it-Turkija, il-Ġordan u l-Liechtenstein.

Dawk kollha li jkunu qed jivvjaġġaw minn destinazzjonijiet oħra lejn pajjiżna se jkunu qed jiġu aċċettati biss jekk qabel jsalu pajjiżna jkunu għamlu 15-il ġurnata f’wieħed minn dawn il-pajjiżi meqjusin bħala siguri.

Skont il-linji gwida tas-saħħa, l-iswab tests u l-perjodu ta’ kwarantina mhux se jkunu neċessarji, iżda dawk li se jkunu qed jinżlu Malta se jkunu mitlubin jimlew formoli relatati mal-ivjaġġar.

Share With: