47 persuna għamlu t-test tal-Covid-19 għaxar darbiet jew aktar

Ċifri dwar l-ammont ta’ persuni li għamlu l-swab test tal-Covid-19 għal iktar minn darba juru li kien hemm 47 persuna li għamlu t-test 10 darbiet jew aktar.

Kienet id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li staqsiet lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kemm kien hemm individwi li għamlu ‘re-swabbing’ għall-Covid19 minn Frar ‘il hawn.

Fearne weġibha li kien hemm 10,027 persuna li għamlu t-test darbtejn; 2,513 tliet darbiet; 870 erba’ darbiet; 429 ħames darbiet; 228 sitt darbiet; 158 seba’ darbiet; 60 tmien darbiet u 44 persuna li għamlu t-test disa’ darbiet.

Share With: