95 immigrant se jkunu qed jiddaħħlu Malta

Grupp ta’ madwar 95 immigrant li kienu daħlu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta, se jkunu qed jiddaħħlu f’pajjiżna wara li ġew salvati mill-Forzi Armati.

L-NGO Alarm Phone f’diversi tweets kienet qalet li kienet ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet Maltin u Taljani madankollu dawn naqsu milli jsalvaw lill-immigranti li kienu qalu li d-dgħajsa tagħhom kienet qed timtela bl-ilma.

Intant fi tweet sussegwenti Alarm Phone qalet li l-immigranti ġew salvati madwar 33 siegħa wara li saret is-sejħa għall-għajnuna.

Intant l-istess NGO qalet li grupp separat ta’ 45 immigrant se jkunu qed jiġu salvati mit-Taljani.

Share With: