AĠĠORNAT: Iwieġeb mhux ħati… Se jiġi analizzat l-istat mentali tiegħu

11:00 a.m: Harouna Sow ta’ 20 sena residenti l-Imsida kien akkużat li fis-27 ta’ Ġunju 2020 bejn il-11:15 a.m u l-11:30 a.m fl-Imsida kkaġuna ġrieħi ħfief lil Samuel Gouder ta’ 67 sena, Patrick Cesare u Speranza Cauchi. Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Huwa wieġeb mhux ħati, bil-Maġistrat Mars-Ann Farrugia tordna li jsir rapport dwar l-istat mentali tiegħu.

Sadanittant Sow baqa’ miżmum taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley waqt li għall-akkużat qed jidher l-avukat Malcolm Mifsud.

9:30 a.m: Illum, għall-ħabta tal-10:00 a.m il-Pulizija ser tressaq żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Senegal il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marse-Ann Farruġia.

Huwa se jitressaq u jiġi akkużat li fis-27 ta’ Ġunju li għadda kkawża ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuni oħra, fost oħrajn.

Aqra wkoll:

Share With: