AĠĠORNAT: Persuna ċċertifikata mejta fil-post … 4 midrubin … tkompli t-tfittxija

7:30 p.m: Uffiċjali f’Londra kkonfermaw li sfortunatament kien hemm anzjan ta’ 65 sena li ġie ċċertifikat mejjet fil-post. Kien hemm erbgħa oħra li ndarbu; tnejn minnhom ittieħdu fi sptar b’urġenza u tnejn minnhom ngħataw il-kura fil-post. Intant jidher li l-uffiċjali għadhom għadhom għaddejjin bit-tfittxija għal mill-anqas persuna oħra li tinsab maqbugħda f’waħda mir-residenzi mġarrfin.

4:00 p.m: Erba’ persuni huma maħsubin li ndarbu wara li krejn ċeda fuq dar f’Bow fil-Lvant ta’ Londra.

Skont il-pumpiera f’Londra dan il-krejn ċeda fuq residenza u fil-post ntbagħtu aktar minn 12-il vettura tat-tifi tan-nar u numru ta’ Pulizija ssejħu fil-post għall-ħabta tat-2:40 p.m.

Minbarra dawn il-persuni li qed ikunu maħsubin li ndarbu hemm rapporti li qed jgħidu li kien hemm raġel li spiċċa mgħaffeġ f’dan l-inċident; aħbar li għadha trid tiġi konfermata.

Share With: