AĠĠORNAT: Tintemm il-laqgħa bejn Delia u l-President.. Mhux eskluż li jkunu mgħajta aktar Deputati

Aġġornat:

Ftit tal-ħin ilu, intemmet il-laqgħa bejn Adrian Delia u l-President ta’ Malta. Skont sorsi qrib dan is-sit, jidher li mhux eskluż li l-President Vella jgħajjat għal aktar Deputati Nazzjonalisti.

Aktar qabel:

Ftit tal-minuti ilu, l-Kap tal-PN Adrian Delia deher dieħel il-Palazz, f’laqgħa mal-President ta’ Malta, George Vella.

Hekk kif fl-aħħar isgħat tħabbar li d-Deputata Therese Comodini Cachia hija l-Membru Parlamentari l-aktar favorita fost 19 li sfiduċjaw lill-Kap tal-PN Adrian Delia, ftit tal-minuti ilu, Chris Said u Claudette Buttigieg għadhom kemm ħarġu minn laqgħa li kellhom mal-President ta’ Malta George Vella.

Wieħed għad irid jara kif se jiżvolġu l-affarijiet hekk kif kollox jidher li Adrian Delia se jibqa’ Kap tal-PN.

Ritratt – ARKIVJI

Share With: