Ajruplan tal-Air Malta “b’ilbies ġdid” se jtir fil-baxx illejla biex jimmarka l-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport

L-Air Malta ħabbret ftit tal-mumenti ilu li fit-7.45 p.m. tal-lejla se jkun hemm ajruplan tal-linja nazzjonali tal-ajru li se jkollu “lbies” speċjali u li se jtir fil-baxx biex ifakkar il-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport. 

Għalhekk, l-Air Malta qiegħda tistieden lill-entużjasti tal-avjazzjoni biex jiġbdu ritratti ta’ din l-okkażjoni, filwaqt li jaqsmu dawn ir-ritratti fuq il-midja soċjali. 

Share With: