Aktar minn 20 player u uffiċjali fil-Bulgarija nfettati bil-coronavirus

Iktar minn 20 player u uffiċjali minn żewġ clubs mill-aqwa diviżjoni Bulgara jinsabu kwarantina b’infezzjonijiet ġodda ta’ coronavirus wara żball fil-laboratorju.

Id-difensur ta’ Tsarsko Selo, Martin Kavdanski, lagħab fil-logħba tal-kampjonat kontra Cherno More Varna nhar il-Ħamis minkejja li ttestja pożittiv għal Co­vid-19.

Kavdanski ġie msemmi fil-formazzjoni tal-bidu wara li l-laboratorju, li mexxa t-testi­jiet tal-players, kien informa lill-club u lill-Unjoni tal-Football Bulgaru (BFU) li t-testijiet kollha ta’ qabel il-partita kienu negattivi.

Madankollu, nhar il-Ġim­għa l-laboratorju ammetta li għamel żball u qal li t-test ta‘ Kav­danski kien pożittiv, qalu Tsarsko Selo fi stqarrija.

Il-club żied jgħid li tliet players oħra – Ivaylo Ivanov, Iliya Dzhamov u Kiril Troharov, ġew ittestjati pożittivi għal Covid-19 wara testijiet ġodda.

Il-midja lokali rrappurtat li s-sid ta’ Tsarsko Selo, Stoyne Manolov, ġie ttestjat pożittiv ukoll għall-coronavirus il-ġdid.

“Sfortunatament, ir-riżultati sabu 16-il kampjun pożittiv,” qalu Cherno More fi stqarrija. “Il-players kollha, li rriżultaw pożittivi, jinsabu fi kwarantina u ħadna l-pre­kawzjoni­jiet neċessarji.

Share With: