Alarm Phone tinsisti li Malta tgħin grupp ieħor ta’ immigranti li jinsabu f’periklu

L-Għaqda umanitarja Alarm Phone qiegħda tibqa’ tippersisti li Malta tintervjeni biex tassisti 33 immigrant li jinsabu “f’periklu minħabba li waqfilhom il-mutur tad-dgħajsa u konsegwentament dieħel l-ilma.” 

Alarm Phone qiegħda tibqa’ tippressa biex dawn jiddaħħlu f’port sigur minħabba li jinsabu f’kundizzjonijiet ħżiena. Żiedet tgħid li jinsabu infurmati li uħud minnhom intilfu minn sensihom minħabba nuqqas ta’ ilma u kesħa li qed jesperjenzaw.

Share With: