Alarm Phone twissi li immigranti jinsabu f’riskju li jegħrqu

Matul dawn l-aħħar sigħat l-NGO Alarm Phone ġibdet l-attenzjoni dwar gruppi ta’ immigranti li jinsabu f’periklu li jegħrqu. Alarm Phone qalet li grupp ta’ madwar 95 immigrant jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta, bil-mutur tad-dgħajsa tagħhom jieqaf jaħdem.

Intant l-istess NGO ġibdet l-attenzjoni għal grupp ieħor ta’ madwar 45 immigrant li wkoll jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Alarm Phone qalet li l-awtoritajiet Maltin u Taljani ġew informati dwar is-sitwazzjoni madankollu s’issa l-immigranti għadhom ma rċevew l-ebda għajnuna.

Fid-diversi tweets tagħha Alarmp Hone appellat lill-awtoritajiet Maltin u Taljani biex ma jħallux lill-immigranti jmutu.

Share With: