Alberto Gilardino jinħatar coach ta’ Mantova

L-ex attakkant internazzjonali Taljan, Alberto Gilardino, beda l-karriera ta’ coach fejn għal dawn l-aħħar snin kellu taħt idejh timijiet minn kategoriji mhux daqstant rinomati tal-football Taljan. Wara li mexxa lil Rezzato u Pro Vercelli, issa l-eks player ta’ Parma, Fiorentina u Milan se jkun qed ipoġġi fuq il-bank ta’ Mantova. Dawn tal-aħħar ġew promossi għall-kampjonat tas-Serie C fuq il-mejda peress li kisbu dan kollu minħabba l-mertu sportiv.

Kien għalhekk li l-president tal-club, Maurizio Setti, ikkuntattja personalment lil Gilardino li min-naħa tiegħu aċċetta din il-proposta.

Sa jumejn ilu Gilardino kien għadu jmexxi lil Pro Vercelli iżda peress li skada l-kuntratt tiegħu, iddeċieda li jibda avventura ġdida ma’ Mantova.

Gilardino skorja 199 goal fil-karriera tiegħu wara li lagħab 544 partita.

Share With: