Alex Meret jinsab kuntent ma’ Napoli

Waqt il-logħba bejn Napoli u Roma mirbuħa mill-Partenopei bl-iskor ta’ 2-1, kien il-goalkeeper Alex Meret li beda sa mill-ewwel minuta bejn il-lasti tal-Partenopei. Hu ħa post il-goalkeeper Kolombjan, David Ospina, li f’dawn l-aħħar xhur kien qed jibda b’mod regolari fl-ewwel ħdax tal-coach Gennaro Gattuso.

Meta kien qed jitkellem wara l-logħba, Meret sostna li huwa jinsab għal qalbu mal-Partenopei u jispera li jdum aktar snin ma’ dan il-club li tah ħafna opportunitajiet. Hu qal li jinsab konxju li se jkollu dejjem il-kompetizzjoni mill-goalkeeper l-ieħor iżda bħal dejjem huwa jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-coach.

Meret lagħab 27 darba ma’ Napoli kemm ilu li ngħaqad magħhom mingħand Udinese.

Share With: