Alexis Saelemaekers jiffirma ma’ AC Milan

AC Milan ħabbru uffiċjalment li għadhom kemm taw kuntratt permanenti lill-player ta’ nofs il-ground Belġjan, Alexis Saelemaekers. Huwa għandu 21 sena u kien qed jilgħab mar-Rossoneri fuq bażi ta’ self mingħand Anderlecht. 

Saelemaekers iffirma kuntratt li jorbtu mal-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja sa Ġunju tas-sena 2024. Il-bażi ta’ self kellu l-obbligu li jista’ jiġi mġedded iżda l-ogħla awtoritajiet tal-club minn Milan marru aktar minn hekk għax iffirmaw lill-player għas-somma ta’ €3.5 miljun. 

Il-player żagħżugħ s’issa lagħab erba’ darbiet  mindu ngħaqad mar-Rossoneri f’Jannar ta’ din is-sena għalkemm ħafna qed jgħidu li għad irid joħroġ il-potenzjal veru tiegħu.

Share With: