Andre Onana flok Kepa Arrizabalaga?

Chelsea mhumiex kuntenti bil-wirjiet tal-goalkeeper tagħhom Kepa Arrizabalaga. Huwa ma kienx fl-ewwel ħdax fil-logħba li kellhom mill-FA Cup kontra Leicester City hekk kif bejn il-lasti lagħab l-Arġentin William Caballero. 

Intqal li l-coach ta’ Chelsea Frank Lampard avża lid-diriġenti tiegħu sabiex isibu sostitut denju għal Kepa li jista’ saħansitra jħalli lill-Blues fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u jmur fuq bażi ta’ self ma’ Valencia. 

Huwa għalhekk li biex jaqdu l-bżonnijiet tal-coach tagħhom, id-diriġenti tal-Blues qed iħarsu b’interess lejn il-progress tal-goalkeeper mill-Kamerun Andre Onana. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u jilgħab ma’ Ajax Amsterdam. 

Iż-żewġ naħat mistennija jibdew xi taħditiet biex jaslu għal dan it-trasferiment.

Share With: