Andrea Radrizzani – Pjani kbar għal Leeds
Is-sid ta’ Leeds United, Andrea Radrizzani, sostna li wara li t-team tiegħu ġie promoss għall-Kampjonat Premier, issa qed jaħseb biex jistabilixxi ruħu fost l-aqwa timijiet f’din il-kategorija.
Radrizzani qal li l-għan tal-club fit-tliet snin li ġejjin huwa li jispiċċaw mal-ewwel tmien timijiet fil-klassifika sabiex eventwalment iżidu l-profil tagħhom wara nuqqas ta’ 16-il sena.
Leeds United saħansitra spiċċaw rebbieħa taċ-Championship wara staġun ferm pożittiv. S’issa huma kisbu 90 punt minn 45 partita u għandhom tmien punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom West Bromwich Albion.