Angel Gomes aktar viċin li jitlaq lil Manchester United

Il-coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, huwa kważi ċert li se jitlef is-servizzi tal-midfielder offensiv, Angel Gomes. Fil-fatt dan il-player ta’ 19-il sena mhux beħsiebu jġedded il-kuntratt li għandu mar-Red Devils u għalhekk se jkun qed ifittex avventura ġdida x’imkien ieħor.

Huwa għalhekk li Chelsea jinsabu lesti biex jaħtfu l-opportunitá u jakkwistaw il-firma ta’ dan il-player żagħżugħ li minkejja kollox għandu potenzjal kbir.

Gomes twieled fil-belt ta’ Edmonton, fl-Ingilterra, u rrappreżenta lil pajjiżu f’kull kategorija taż-żgħażagħ. Huwa lagħab ħames darbiet biss  mindu ngħaqad mar-Red Devils fis-sena 2017.

Share With: