Antonio Conte jitlef lil Nicolo Barella

Wara t-telfa qarsa ta’ 2-1 li Inter ġarrbu kontra Bologna, saru magħrufa aktar aħbarijiet ħżiena għall-coach Antonio Conte li se jkollu jitlef għal xi żmien lill-player żagħżugħ ta’ nofs il-ground, Nicolo Barella. Huwa weġġa’ koxxtu l-leminija waqt din il-partita. Il-player ta’ 22 sena kellu jirċievi attenzjoni medika mit-tabib tal-club sabiex jistabilixxi meta jkun jista’ jerġa’ jilgħab.

Huwa se jkun qed jitlef il-logħbiet li n-Neroazzurri għandhom kontra Hellas Verona u Torino.

Barella ġie akkwistat min-Nerazzurri f’nofs dan l-istaġun mingħand Cagliari wara li għamel xi żmien fuq bażi ta’ self magħhom. Huwa lagħab 23 partita filwaqt li skorja goal wieħed biss.

Share With: