ARA: “Il-mument li ningħaqdu fl-interess nazzjonali” … Delia jappella għall-kawtela u l-prudenza
Wara li tard ilbieraħ filgħaxija ġriet l-aħbar li Melvin Theuma kien instab midrub serjament f’daru l-Kap tal-Partit Nazzjonalista appella għall-prudenza u l-kawtela.
Delia tkellem dwar żviluppi trawmatiċi,li jagħtu lok għal ħafna spekulazzjonijiet, inċertezza u biża’.
Huwa qal li “dan huwa mument diffiċli għal pajjiżna, ilna għaddejjin minn dawn it-trawmi”. Intant huwa żied jgħid li talab minnufih lill-grupp Parlamentari tiegħu biex jiltaqa’ jiżen, jara u jiddiskuti dawn il-mumenti traġiċi biex ikunu jistgħu jingħaqdu fl-interess nazzjonali.
Appell ta’ kawtela u prudenza f’dan il-mument.Dan huwa l-mument li ningħaqdu għax l-interess nazzjonali huwa l-aktar ħaġa importanti bħalissa. Nappella għal kawtela u prudenza f'dawn iċ-ċirkustanzi. 🇲🇹
Posted by Adrian Delia on Tuesday, July 21, 2020