ARA: L-immigranti jxejru għad-deċiżjoni li jiġu salvati

Ftit tas-sigħat ilu ttieħdet id-deċiżjoni li jkunu żbarkati 52 immigrant li kienu għal numru ta’ sigħat fuq il-vapur Talia fi spazji li normalment jintużaw għall-ġarr tal-annimali. Fl-aħħar ħin is-sitwazzjoni ggravata tant li l-kaptan avża li l-provvista tal-ikel u x-xorb kienet riesqa lejn tmiemha.

Filmat li nxtered fil-midja soċjali juri l-emozzjoni tal-immigranti hekk kif kienu qed jiġu salvati huma u jxejru wara numru ta’ sigħat bla ma jafu x’kien se jkun id-destin tagħhom.

Share With: