Arkadiusz Milik ma’ Tottenham?

Tottenham Hotspur huma ppreparati li joffru lill-midfielder Brażiljan, Lucas Moura, bħala bdil mal-attakkant ta’ Napoli, Arkadiusz Milik, li mistenni jħalli lill-Partenopei fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. L-attakkant Pollakk qed jirrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid fi Stadio San Paolo bit-tluq tiegħu mill-Italja jidher imminenti.

Minkejja kollox, anke Juventus qed jiġru wara l-firma tal-player Pollakk għalkemm Napoli ddikjaraw li iktar interessati jbiegħu lil dan il-player lil xi club barra mill-Italja pjuttost milli jagħtuh lil xi club ieħor rivali. 

Min-naħa tiegħu Moura se jkun qed jidħol bħala parti mill-ftehim li tara lil dan il-playerjitlaq mit-Tottenham Hotspur Stadium biex jingħaqad mat-team immexxi minn Gennaro Gattuso.

Share With: