Arsenal interessati fis-servizzi ta’ Wolfout Weghorst

Arsenal qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Wolfsburg Wolfout Wout Weghorst li għandu 27 sena u li skorja 33 goal f’66 partita mat-team Ġermaniż.

Il-Gunners qed ifittxu sostitut denju għal Pierre Emerick Aubameyang li mistenni jitlaq mill-Emirates Stadium fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Weghorst qed jiġi stmat li jiswa €35 miljun u Arsenal jistgħu jaffordjaw dan il-prezz.

Weghorst lagħab erba’ darbiet mat-team nazzjonali Olandiż iżda qatt għadu ma skorja. Huwa lagħab ukoll ma’ AZ Alkmaar u qed jiġi segwit mill-coach, Mikel Arteta, li jarah ideali fl-attakk tal-Gunners.

Share With: