Arsenal iridu lil Dani Ceballos għal kollox

Arsenal jinsabu f’taħditiet biex jakkwistaw għal kollox is-servizzi tal-player ta’ nofs il-ground Dani Ceballos mingħand Real Madrid. Bħalissa dan il-player jinsab b’self mal-Gunners iżda skond il-coach Mikel Arteta, Ceballos spikka ferm fil-logħbiet li kellhom matul dan l-istaġun.

B’xorti ħażina għalih, il-player ta’ 23 sena kellu l-istaġun mwaqqaf ħesrem wara injury fil-hamstring għalkemm bis-saħħa tal-waqfa ħesrem tal-Covid-19, huwa laħaq irkupra sew u beda f’sebgħa mit-tmien logħbiet li huma lagħbu fil-Premier League Ingliż.

Share With: