Arsenal wara Malang Sarr

Arsenal jinsabu attenti għall-progress tad-difensur żagħżugħ ta’ Nice, Malang Sarr. Huwa  għandu 21 sena u qed jitqies li se jkollu futur mill-isbaħ quddiemu. Il-coach tal-Gunners Mikel Arteta informa lid-diriġenti tiegħu biex imorru għal dan id-difensur li jilgħab fil-qalba tad-difiża.

Dan il-player se jintemmlu l-kuntratt u għalhekk se jkun jista’ jingħaqad ma’ liema club irid.

Minkejja kollox il-Gunners iridu joqogħdu attenti għal xi interess li hemm minn diversi timijiet Ewropej għall-istess Sarr li lagħab 115-il partita ma’ Nice u fihom skorja tliet goals. Għalih din tista’ tkun avventura ġdida barra minn Franza peress li minn dejjem lagħab f’pajjiżu.

Sarr hu wkoll għażla awtomatika mat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena.

Share With: