Arthur Melo kburi li sejjer ma’ Juventus

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Barcelona Arthur Melo irringrazzja lil Juventus talli wrew interess fih u sostna li huwa sejjer ikompli l-karriera tiegħu fi club kbir.

Ir-rappreżentant ta’ Arthur ftiehem fuq it-trasferiment li jista’ jlaħħaq €82 miljun, b’Miralem Pjanic li se jmur jilgħab mal-Blaugrana.

Fuq il-profil personali tiegħu fuq Instagram, Arthur irringrazzja lid-diriġenti tat-team mill-Katalunja u qal li issa ħa tibda avventura ġdida għalih u lest għal din l-isfida.

Minkejja kollox, Arthur qal li għalissa qed jikkonċentra biex jispiċċa l-istaġun attwali minħabba li għad fadal logħob deċiżiv ma’ Barcelona.

Arthur għandu 23 sena u ilu ma’ Barcelona sa mis-sena 2018 fejn lagħab 48 partita u skorja tliet goals.

Share With: