Arturo Diaconale: Il-Covid-19 tellef lil Lazio

Il-kelliem għal Lazio Arturo Diaconale kien tal-opinjoni li l-pandemija tal-COVID-19 tellfet mhux ftit lill-Biancocelesti mill-forma normali tagħhom. Qabel il-waqfa sfurzata, Lazio kienu jinsabu biss punt bogħod miċ-champions Juventus iżda sensiela ta’ riżultati negattivi biegħdu lit-team mill-kapitali Taljana minn kull ċans għar-rebħ tal-kampjonat.

Fil-fatt it-team immexxi minn Simone Inzaghi tilef tlieta mill-erba’ logħbiet li lagħab u issa d-distakk minn mal-Bianconeri hu ta’ tmien punti 

Diaconale sostna li Lazio kienu fl-aqwa tagħhom qabel ma faqqgħet il-pandemija u jinsab ċert li t-team kien ikun qed ikompli jisfida għall-unuri finali li kieku l-kampjonat kompla kif suppost.

It-Tnejn Lazio jilagħbu kontra Juventus f’konfront mistenni li se jintlagħab fl-Allianz Stadium.

Share With: