Atlanta United ineħħu lil Frank De Boer

Il-club Amerikan, Atlanta United, neħħa lil Frank De Boer mill-kariga ta’ coach wara perjodu ta’ sentejn imexxi lit-team.

Din id-deċiżjoni ġiet imħabbra fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-istess club fejn intwera l-apprezzament għal dak li għamel dan il-coach Olandiż kemm kien ilu fit-tmun tat-team. Ma’ De Boer se jispiċċaw ukoll il-kollaboraturi Orlando Trustfull u Bob de Klerk li ħadmu mill-qrib miegħu.

Matul dan iż-żmien Atlanta waslu sas-semi-finali tan-Knock-Out, filwaqt li kisbu suċċess f’kompetizzjonijiet prestiġjużi bħal Lamar Hunt US Open Cup u l-Campeones Cup. Barra minn hekk huma laħqu rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tal-kampjonat Eastern Conference.

Il-president ta’ Atlanta United, Darren Eales, irringrazzja personalment lil De Boer u sostna li issa tibda paġna ġdida għal dan il-club.

Fil-passat De Boer mexxa wkoll lil Ajax, Inter u Crystal Palace.

Share With: