Baġit Ewropew “sagrifikat” minħabba l-fond ta’ rkupru mill-COVID19

Minn VICTOR VELLA

Il-kwistjoni marbuta mal-baġit Ewropew issa ilha għaddejja għal diversi xhur. Id-diskussjonijiet ikkomplikaw ruħhom sew hekk kif il-COVID19 feġġet fl-Ewropa.  Mil-lum, il-mexxejja Ewropew se jkunu qed jiltaqgħu f’summit speċjali tal-Unjoni Ewropea, li se jkun l-ewwel summit li fih se jiltaqgħu personalment mindu l-COVID infirxet fl-Ewropa. F’dan is-summit, id-diskussjonijiet se jkunu iffukat fuq żewġ temi, il-Fond ta’ Rkupru li kien ġie propost biex jindirizza l-effetti ta’ COVID19 u l-baġit li jmiss tal-Unjoni Ewropea.

Ninsabu informati li mindu saru diskussjonijiet f’Ġunju permezz ta’ videoconference, saru għadd ta’ laqgħat bilaterali. Malta ukoll kienet involuta f’dawn il-laqgħa bilaterali, għax bħal pajjiżi oħra kienet qed tara tnaqqis fil-fondi tal-baġit Ewropew. L-għan ta’ dawn il-laqgħa bilaterali kien li jinstab kompromess. 

Fuq l-aġenda, il-mexxejja Ewropea se jkunu qed jiddiskutu baġit Ewropea ta’ €1.07 triljun.  Jekk wieħed janalizza dan isib li dan l-ammont ifisser €26 biljun inqas mill-proposta tal-Kummissjoni Ewropea.  Dik il-proposta il-Kummissjoni Ewropea kienet għamlitha f’Mejju. Jekk wieħed iqabbel dak propost issa ma’ dak li kien ippjanat li se jkun il-baġit fis-sena 2018, isib li dak li hemm fuq l-aġenda issa hu €56 miljun inqas.

Fis-summit se jkun qed jiġu diskuss il-Fond ta’ Irkupru li jammonta għal €750 biljun. Ninsabu infurmati li hawn mistennija jkun hemm diskussjonijiet jaħarqu marbutin mal-bilanċ bejn self u għotjiet.

Ninsabu informati hu infurmat ukoll li proposta oħra li mistennija tkun diskussa u li dwarha hemm opinjonijiet diversi fl-Istati membri hi dik marbuta maż-żamma ta’ rebates għal pajjiżi li huma kontributuri netti tal-Unjoni Ewropea fosthom l-Awstrija, id-Danimarka, l-Isvezja u l-Olanda. 

Fuq l-aġenda, u li mistennija jkollha riperkussjonijiet ukoll hemm dik ta’ minn fejn se jiġu l-fondi  biex jagħmlu tajjeb għal pjan ta’ irkupru. Qed jissemmew diversi inizjattivi u tassazzjonijiet fosthom levy fuq servizzi diġitali, ‘carbon tax’ fuq l-importazzjoni u anki taxxa fuq il-plastik.

Jidher li pajjiżi bħal Finlandja, l-Awstrija, l-Olanda, l-Isvezja u d-Danimarka mhux qed jaqblu li l-pajjiżi jingħataw għotjiet u anke qed joġġezzjonaw għal ammont ta’ flus fil-pjan ta’ irkupru. Il-pajjiżi l-kbar fosthom il-Ġermanja, l-Italja u Spanja qed jaraw li l-proposta ta’ għotjiet hi waħda kruċjali biex tindirizza l-kriżi u tevita aktar dejn għal ċertu pajjiżi. 

Ninsabu informati li proposti li hemm fil-baġit propost għandhom l-għan li jwasslu għal kompromess mal-pajjiżi li mhux jaqblu ma’ kif inhu kompost il-pjan ta’ irkupru mill-COVID19.

Ninsabu informati li kif inhuma l-affarijiet bħalissa jidher li mhux se jkun hemm bżonn li l-pajjiżi membri jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għal baġit biex jiffinanzjaw il-pjan ta’ irkupru.  Il-problema imma li biex dan iseħħ, kulħadd irid jaqbel ma’ dak propost ta’ minn fejn se jiġu fl-flus. Pajjiżi bħal Awstrija, l-Olanda, l-iSvezja u d-Danimarka waqt li jidher li lesti jaċċettaw li jkun hemm tassazzjoni fuq materji marbuta mal-ambjent u bidla fil-klima, jidher li mhux lesti jaċċettaw li jkun hemm taxxa diġitali jew xi tassazzjoni oħra bħal ’Corporation Tax’. 

L-istess sorsi indikaw li mhux qed jaraw li jintlaħaq kompromess fil-jumejn li ġejjin, bl-istess sorsi jirrimarkaw li qed jistennew li jintlaħaq xi tip ta’ kompromess aktar tard matul is-sena.

Share With: