Barcelona v Napoli għall-Portugall?

Il-membru tal-bord fi ħdan il-UEFA, Evelina Christillin, ikkonfermat li jekk is-sitwazzjoni fil-belt ta’ Barċellona tkompli sejra għall-agħar f’dak li għandu x’jaqsam tixrid tal-coronavirus, il-logħba li l-Katalani għandhom kontra Napoli tista’ tintlagħab fil-Portugall.

Waqt li fl-ewwel leg li ntlagħab fi Stadio San Paolo spiċċa fi draw ta’ 1-1, it-tieni leg kellu jintlagħab fin-Nou Camp fit-8 ta’ Awwissu li ġej.

Madankollu din il-pandemija reġgħet uriet snienha sew fi Spanja u għalhekk il-logħba fil-Katalunja qiegħda ferm fid-dubju.

Christillin qalet li l-bliet ta’ Guimaraes u Oporto offrew li jospitaw dan it-tieni leg ovvjament bil-bibien magħluqa.

Li hu żgur huwa li ‘l hekk imsejħa Final Eight tal-UEFA Champiosn League se jkunu qed jintlagħbu fil-Portugall f’żewġ stadiums fil-belt ta’ Lisbona.

Share With: