Battibekk fil-Parlament dwar appuntament ta’ mart Hermann Schiavone

Fis-seduta tat-Tlieta qam battibekk bejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u d-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone.

L-argument kellu l-bidu tiegħu wara li Schiavone staqsa lil Fearne għaliex martu rċeviet appuntament biex tattendi l-isptar sena u xahar qabel meta dan seta jintbagħat xahar qabel.

Fearne wieġbu li f’ċertu każijiet l-appuntamenti jingħataw mit-tobba u konsulenti minn sena qabel u fakkar li xahar qabel u jumejn qabel il-pazjent jiġi mfakkar fih.

Huwa talab lil Schiavone biex jew ikellmu b’mod privat dwar il-każ ta’ martu inkella jekk ried tweġiba pubblika jagħtih id-dettalji biex ikun jista’ jiċċekkja waqt li esprima d-diżappunt tiegħu għall-atteġġjament tal-kollega.

Share With: