Bayern Munich jimmiraw għat-treble

Wara li Bayern Munich rebħu l-kampjonat tal-Bundesliga kif ukoll it-Tazza Ġermaniża, il-partitarji akkaniti tagħhom bir-raġun qed ikomplu jifirħu iżda wkoll joħolmu x’għandu jkun il-pass li jmiss. Fil-fatt, hekk kif f’Awwissu jintlagħbu l-partiti mill-fażi tal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League, it-team mill-Bavarja se jipprova jikseb it-treble billi jipponta għar-rebħ ta’ din it-tazza.

Proprjament Bayern Munich għadhom iridu jilagħbu t-tieni leg tal-fażi tal-Aħħar 16 kontra Chelsea, logħba li fl-ewwel leg spiċċat b’rebħa għalihom bl-iskor ta’ 3-0.

Skond il-kap eżekuttiv Karl Heinz Rummenigge, it-team għandu dejjem jibqa’ ffukat u saqajh mal-art għax konxju li din il-kompetizzjoni hija waħda ferm diffiċli.

Ladarba jgħaddu għal round ieħor minn din il-kompetizzjoni, il-Bavarjani jilagħbu kontra min jirbaħ bejn Napoli u Barcelona.

Share With: