Bedingfield: “Min hu d-deputat Nazzjonalista li tkarrab kamra fil-Hilton? Min huma dawk li għamlu festini għand Yorgen Fenech?”

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex jaqbad lid-deputati Nazzjonalisti u jara min huma dawk li kien qed ikollhom kuntatti ma’ Yorgen Fenech fosthom min kien qed jagħtih il-pariri, min kien imur il-festini tiegħu u min kien imur jitkarrab il-kmamar fil-Hilton.

Id-Deputat Laburista tenna li dak li hu ħażin għal naħa hu ħażin għal naħa oħra. Hu qal li “jien iddejjaqni ħafna l-ipokreżija. Li jkollna politiċi li jiġu hawn jipprofessaw u joħorġu minn hawn u jagħmlu bil-maqlub ta’ dak li għajruna bih. F’Malta għandna kumpanija li jisimha Hummingbird Properties Ltd u li ffirmat ftehim ma’ kumpanija li kien imexxi Yorgen Fenech. Ta’ liema deputat tal-Oppożizzjoni hi din il-kumpanija jew tal-familja tiegħu? Ma’ min is-sid kien jagħmel in-negozju, ma’ Yorgen Fenech innifsu? Liema hu d-deputat tal-Oppożizzjoni li jagħti pariri legali lil kumpaniji ta’ Yorgen Fenech? Liema MPs organizzaw festini għand Yorgen Fenech? Ħallsu għalihom jew saru b’xejn?” staqsa Glenn Bedingfield fil-ħin tal-Aġġornament fil-Parlament.

Share With: