Ben Chilwell bejn tliet clubs Ingliżi?

Manchester United ingħaqdu ma’ Chelsea u Manchester City sabiex jippruvaw jiksbu s-servizzi tad-difensur internazzjonali Ingliż ta’ Leicester City, Ben Chilwell.

Dan il-player ta’ 23 sena spikka ferm fid-dipartiment difensiv tal-Foxes u qed jgħin biex dan it-team jispiċċaw mal-ewwel erbgħa fil-Premier League. Huma qed jistmaw li Chilwell jiswa madwar €60 miljun.

Dan il-player ingħaqad ma’ Leicester City fis-sena 2015 għalkemm fl-istaġun ta’ wara ngħata b’self ma’ Huddersfield Town. Huwa ma kienx parti mit-team li rebaħ il-kampjonat taħt il-gwida tal-coach Claudio Ranieri. 

Min-naħa tiegħu Chilwell huwa favorevoli li jingħaqad ma’ xi wieħed minn dawn it-timijiet rinomati Ingliżi biex ikompli jkabbar il-profil tiegħu.

Share With: