Benevento jsegwu lil Alexandre Pato

Il-club li għadu kemm kiseb promozzjoni għas-serie A Taljana Benevento qed jissemmew ferm fl-aħbarijiet. Dan it-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja huwa mmexxi mill-kowċ Filippo Inzaghi li mexxihom għal staġun straordinarju fejn iddominaw għalkollox is-Serie B Taljana. 

S’issa huma kisbu 76 punt minn 32 partita filwaqt li għandhom 21 punt vantaġġ fuq it-tieni team, Crotone.

Huma qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tal-eks attakkant ta’ AC Milan Alexandre Pato. Dan il-player Brażiljan għandu 30 sena u għal dawn l-aħħar xhur kien qed jilgħab f’pajjiżu ma’ Sao Paulo. Dawn tal-aħħar qed jitolbu s-somma ta’ €25 miljun li iża  għall-club Taljan hi xi ftit eċċessiva. Minkejja kollox, l-ogħla awtoritajiet tal-club mhux se jaqtgħu qalbhom u se jkomplu jinsistu għalih.

Pato lagħab ma’ Milan bejn l-2007 u l-2013 fejn skorja 51 goal f’115-il partita.

Share With: