Beppe Marotta jrid tnaqqis għal Emerson Palmieri

Il-kap eżekuttiv ta’ Inter, Beppe Marotta, qed jittama li Chelsea jnaqqsu l-prezz li qed jitolbu għal Emerson Palmieri sabiex in-Nerazzurri jkunu jistgħu jiksbu l-firma tiegħu.

Wara li ħadu lid-difensur lemini, Achraf Hakimi, mingħand Real Madrid, it-team mill-belt ta’ Milan beda jaħseb biex isaħħaħ l-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej.

Palmieri jixtieq ħafna jirritorna l-Italja minħabba li xejn m’hu kuntent jilgħab fi Stamford Bridge dan l-aħħar.

Marotta qed jaħdem biex Chelsea jnaqqsu mill-prezz ta’ €30 miljun li qed jippretendu.

Emerson Palmieri għandu 25 sena u lagħab 29 partita ma’ Chelsea kemm ilu li ngħaqad magħhom mingħand Roma.

Share With: