Borya Mayoral fir-radar ta’ Lazio

Lazio kitbu lil Real Madrid biex jippruvaw jiksbu mingħandhom lill-attakkant Spanjol, Borya Mayoral. Huwa għandu 23 sena u kiber fl-akkademja tal-Merengues għalkemm ilu jiġi misluf lil diversi clubs sa mis-sena 2016.

Jidher li dan il-player mhux qed isib post fl-iskwadra rebbieħa ta’ Zinedine Zidane, bl-istess Mayoral li jrid avventura permanenti ma’ xi club aktar milli joqgħod idur minn wieħed għal ieħor. Fil-fatt wara avventura fil-Ġermanja ma’ VFL Wolfsburg, fl-2018 ingħaqad b’self ma’ Levante fil-Primera Liga u skorja tmien goals fi 33 partita staġjonali.

Huwa għalhekk li Lazio qed jirsistu għal dan il-player li jista’ jservi mitqlu deheb għall-istaġun li ġej aktar u aktar minħabba li se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Champions League.

Share With: