Bosta jfakkru lil Edwin Lopez għall-qalb tajba tiegħu

Bosta kienu dawk li ħallew messaġġi biex ifakkru lil Edwin Lopez, l-eks-xufier tal-linja li lbieraħ miet f’inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid. Lopez kien qed isuq mutur tat-tip Honda meta għal xi raġuni kien involut fil-ħabta ma’ Land Rover ilbieraħ waranofsinhar.

Intant bosta rrikomnoxxew lir-raġel bħala li kien iħobb jgħin lil għajru.

MaltaPublic Transport esprimiet il-kondoljanzi tagħha lill-qraba tar-raġel. Lopez kien impjegat ma’ MPT sa Lulju tas-sena li għaddiet.

Ir-raġel ta’ 48 sena ta’ nazzjonalità Filippina, li kien residenti San Pawl il-Baħar, miet ftit tal-ħin wara li ttieħed l-isptar għall-kura. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 p.m. fi Triq l-Irvellijiet 1958.

Dan huwa s-sitt inċident traġiku matul din is-sena li kien jinvolvi sewwieqa ta’ muturi.

Share With: