Carlo Ancelotti jrid lil Wilfried Zaha

Il-coach ta’ Everton, Carlo Ancelotti, avża lid-diriġenti tiegħu biex jirsistu għall-akkwist tal-attakkant ta’ Crystal Palace, Wilfried Zaha. Dan tal-aħħar se jitlaq lil Eagles wara perjodu ta’ sitt snin fejn lagħab 201 partita u skorja 36 goal.

Zaha jibqa’ l-objettiv ewlieni tat-Toffees li qed ifittxu skorer prolifiku għall-istaġun li ġej.

Everton spiċċaw fit-12-il post tal-kampjonat Ingliż u kellhom differenza negattiva ta’ goals.

Zaha għandu esperjenza notevoli fil-Kampjonat Premier Ingliż meta lagħab ukoll ma’ Manchester United u Cardiff City. Hu lagħab ukoll 17-il partita mat-team nazzjonali tal-Ivory Coast u skorja ħames goals.

Share With: