Cengiz Under viċin li jingħaqad ma’ Napoli

Cengiz Under hu viċin li jħalli lill-club tiegħu Roma biex jingħaqad ma’ Napoli. Dawn tal-aħħar mistennija jkunu attivi ferm fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf bil-għan li jsaħħu l-iskwadra tagħhom. 

Minkejja kollox, Roma jridu €30 miljun għal dan il-winger għalkemm il-Partenopei qed jistmawh li jiswa madwar €25 miljun.

Under jista’ jkun is-sostitut ideali ta’ Jose Callejon li se jitlaq lill-Partenopei fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Napoli għandhom relazzjoni tajba ma’ Roma meta fil-passat kellhom trasferimenti simili fosthom dak tad-difensur Grieg, Kostas Manolas, li ngħaqad magħhom fil-bidu ta’ dan l-istaġun.

Min-naħa tiegħu, Under jidher interessat li jmur jilgħab fi Stadio San Paolo għalkemm qed iħalli f’idejn l-aġent tiegħu biex jirranġa dan it-trasferiment eventwali.

Share With: