Chelsea għadhom jinsistu għal Kai Havertz

Chelsea qed jirsistu biex jiksbu l-firma tal-winger internazzjonali Ġermaniż ta’ Bayer Leverkusen Kai Havertz li għandu 21 sena.

Il-Blues għandhom f’moħħhom li joffru kuntratt ta’ ħames snin lil dan il-player. Il-club minn Leverkusen qed jitlob €90 miljun għat-trasferiment tiegħu, iżda Chelsea  qed joffru €20 miljun inqas.

Havertz huwa prodott tal-club u s’issa lagħab 118-il partita magħhom filwaqt li skorja 36 goal. Hu lagħab ukoll seba’ darbiet mat-team nazzjonali Ġermaniż.

Dan il-player mhux biss kapaċi jilgħab bħala winger iżda xi drabi jaqdi r-rwol ta’ midfielder offensiv.

Share With: