Chelsea jaħdmu fuq is-sostitut ta’ Kepa Arrizabalaga

Hekk kif hija ċerta li l-goalkeeper internazzjonali Spanjol Kepa Arrizabalaga se jitlaq lil Chelsea, l-ogħla awtoritajiet tal-Blues qed jaħdmu qatigħ biex isibu sostitut denju għalih. Il-club minn Londra għadu jsegwi lil Jan Oblak ta’ Atletico Madrid għalkemm jaf li din mhux se tkun faċli li jieħduh lejn Stamford Bridge.

B’hekk Chelsea qed jaħsbu għall-pjan B u bagħtu lill-iscouts tagħhom biex josservaw aktar mill-viċin lil Nick Pope ta’ Burnley FC u Andre Onana ta’ Ajax Amsterdam.

Sadanittant Kepa jiswa madwar €55 miljun. Jidher li Valencia huma l-favoriti li jiksbu l-firma tiegħu għalkemm s’issa xejn ma ġie kkonfermat.

Share With: