Chelsea wara l-firma ta’ Jan Oblak

Chelsea qed iħarsu b’interess lejn l-akkwist tal-goalkeeper ta’ Atletico Madrid Jan Oblak. Huwa għandu 27 sena u ilu jiddefendi l-lasti tal-Colchoneros għal dawn l-aħħar sitt snin.

Il-coach ta’ Chelsea, Frank Lampard, irid lil dan il-goalkeeper minħabba l-esperjenza li jġorr u l-kunfidenza li għandu bejn il-lasti. Fl-istess waqt Lampard mhuwiex konvint mill-goalkeeper attwali Kepa Arrizabalaga li spiċċa fuq il-bank tas-sostituti minħabba n-nuqqas ta’ konsistenza li qed juri.

Sadanittant Oblak għandu kuntratt li jorbtu mat-team mill-belt kapitali Franċiża sas-sena 2023 bi klawsola ta’ €120 miljun fil-kuntratt tiegħu.

Share With: