Chelsea wara Lucas Digne

Il-club tal-Premier League Ingliż Chelsea FC jidher li se jkompli jkun attiv f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Il-Pensionners qed jissemmew ta’ spiss f’diversi aħbarijiet dwar xi akkwist eventwali bil-coach, Frank Lampard, li qed jitlob xi players aktar kompetittivi liċ-chairman Roman Abramovich.

Il-Blues qed jirsistu biex jiksbu s-servizzi tad-difensur xellugi Franċiż Lucas Digne. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Everton. Dan il-player qed jimpressjona ferm lill-istess Lampard li qed ifittex difensur fin-naħa xellugija.

Minkejja kollox, il-coach ta’ Everton, Carlo Ancelotti, ma jixtieqx li Digne jitlaq lill-club minħabba li jinsab fil-pjani futuri tal-club.

Fil-passat Digne lagħab ukoll ma’ Lille, Paris St Germain, Roma u Barcelona.

Share With: