Ċiklist isofri ġrieħi gravi f’inċident ftit metri ’l bogħod mill-Għassa tal-Imsida

Raġel Brittaniku ta’ 52 sena residenti Tas-Sliema sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ma’ karizza. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. ftit metri ’l bogħod mill-Għassa tal-Imsida.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li l-inċident kien jinvolvi rota misjuqa mir-raġel Brittaniku u karozza tal-għamla Ford Ka li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 38 sena residenti Santa Venera.

Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: