Claudio Lotito se jibgħat lill-players tiegħu għal irtir

Il-president ta’ Lazio, Claudio Lotito, qed jaħseb biex jibgħat lill-players  tiegħu għal irtir twil wara l-perjodu ħażin li għaddejjin minnu. Fil-fatt, il-Biancocelesti tilfu l-aħħar tliet logħbiet konsekuttivi u saħansitra qed jirriskjaw li jpoġġu t-tieni post f’periklu wara l-aħħar riżultati pożittivi ta’ Atalanta.

It-team mill-belt kapitali Taljana kien biss punt bogħod minn Juventus wara l-waqfa sfurzata minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Lotito kien ferm irrabjat f’kumment telefoniku fuq stazzjon tar-radju Taljan u jrid ir-risposti mit-team tiegħu sa minn għada meta huma jilagħbu barra minn darhom kontra Udinese.

Meta mistoqsi dwar iċ-ċansijiet li Lazio jirbħu l-kampjonat, Lotito qal li l-iktar ħaġa importanti bħalissa huwa li t-team jerġa’ jikseb ir-riżultati.

Share With: