Dani Ceballos se jibqa’ ma’ Arsenal

Il-midfielder difensiv Dani Ceballos se jibqa’ staġun ieħor b’self ma’ Arsenal. Il-player Spanjol, proprjetá ta’ Real Madrid, qed jidra sew fil-ħajja tiegħu f’Londra u wera x-xewqa li jibqa’ mal-Gunners.

Matul l-istaġun li għadu kif intemm, Ceballos lagħab 24 partita ma’ Arsenal u spikka ferm fil-kwalitajiet tiegħu f’nofs il-ground. Anke l-coach Mikel Arteta jinsab kuntent b’dak li għamel l-istess Ceballos u sostna li kienet xi ħaġa natural li jżid iż-żmien tiegħu fl-Emirates Stadium.

Ceballos għandu 23 sena u fil-karriera tiegħu lagħab fi Spanja ma’ Real Betis u Real Madrid.

Share With: