Daniel Micallef itenni li se jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-PL

Ftit tal-ħin ilu l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ħabbar li se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-PL.

F’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali Micallef tenna li hekk kif il-kunċett ta’ “flimkien” wassal għas-suċċessi li l-pajjiż esperjenza matul l-aħħar snin, “il-kollettiv, l-għaqda jridu jkomplu jmexxuna ’l quddiem.”

Micallef tenna li matul l-aħħar snin ħadem f’kull organu fi ħdan il-Partit Laburista, proċess ta’ ħidma li wasslu biex għal dawn l-aħħar seba’ snin jokkupa l-kariga ta’ President tal-PL.

Share With: