Daniel Micallef jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit

Fil-ħin li għadda il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef tefa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

F’kumment fuq il-midja soċjali Micallef irringrazzja lill-proponent tan-nomina tiegħu u lil min issekondaha.

Fl-istess waqt huwa rringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh bil-messaġġi tagħhom.

Share With: