Daniel Micallef konfermat bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Labrurista

Daniel Micallef ġie kkonfermat bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, wara li kien tefa’ n-nomina tiegħu aktar kmieni dan ix-xahar.

Huwa ġie kkonfermat f’din il-kariga f’elezzjoni li saret matul il-jum tas-Sibt, li għaliha vvutaw id-delegati tal-Partit Laburista. F’din il-konferma kien hemm 759 voti reġistrati, 656 voti mitfugħa ekwivalenti għal 86.4%. Dawn il-voti ammontaw għal 634 vot favurm 13 -il vot kontra, 3 astenzjonijiet u 6 voti invalidi.

Daniel Micallef immilita u serva f’diversi organi tal-Partit Laburista għal numru ta’ snin.

Beda l-ħidma tiegħu fi ħdan il-kumitati lokali u ħadem ukoll fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, il-FŻL, u għal dawn l-aħħar seba’ snin serva bħala President tal-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista jirringrazzja lil Daniel Micallef għall-ħidma tiegħu tul is-snin u jawguralu għal aktar ħidma fl-irwol il-ġdid tiegħu biex ikun ta’ xprun għall-Partit Laburista ħalli jkompli jiġġedded u jwettaq il-bidliet meħtieġa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.

Share With: