Danny Rose kien se jirtira mill-football

Hekk kif  id-difensur internazzjonali Ingliż Danny Rose għalaq l-eta’ ta’ 30 sena, ftit tal-ġranet ilu ammetta li madwar sentejn ilu beda jsofri mid-dipressjoni u li kien qed jaħsibha jieqafx mill-football.

Rose qal li għadda minn mumenti xejn sbieħ matul ħajtu fejn fost l-oħrajn kellu injury li żammitu barra mill-grawnd għal ħafna żmien filwaqt li ommu bdiet tiġi mgħajjra u għaddiet minn episodji razzisti. Dan kollu kkumplikaw mhux ftit l-affarijiet u kien proprju lejliet it-tazza tad-dinja tas-sena 2018 li ddeċieda li jmur għand psikologu u jitkellem dwar dak kollu li għadda minnu.

B’xorti tajba għalih, l-affarijiet ħadu żvolta oħra minn dakinhar ‘l hawn minħabba li kien parti mit-tim nazzjonali Ingliż fit-tazza tad-dinja tar-Russja filwaqt li wasal finalist tal-UEFA Champions League matul l-istaġun li għadda ma’ Tottenham.

Rose qal li fil-ħajja qatt m’għandek taqta’ qalbek u titkellem jekk ikollok xi problema.

Share With: