David Luiz lest li jikkonvinċi lil Thiago Silva jmur ma’ Arsenal

Arsenal se jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jikkonvinċu lid-difensur veteran ta’ Paris St Germain, Thiago Silva, biex jingħaqad magħhom. Dan tal-aħħar għandu 35 sena u jinsab fl-aħħar ġranet tal-kuntratt tiegħu maċ-champions Franċiżi.

Silva, li qed jiġi segwit ukoll minn AC Milan, għadu bejn ħalltejn x’għandu jagħmel għalkemm qed iħalli kollox f’idejn l-aġent tiegħu.

F’dan ir-rigward se jkun qed jintervjeni d-difensur internazzjonali Brażiljan, David Luiz, li hu player attwali tal-Gunners u li mistenni jgħin biex Silva jkun kollega tiegħu fid-dipartiment difensiv.

Share With: